16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Elegktiko Synedrio — il-Greċja) — Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politsmou kai Tourismou vs Ypourgeio Politismou kai Tourismou — Ypiresia Dimosionomikou Elenchou
(Kawża C-363/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta” xi Stat Membru’ fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja - Qorti tal-Awdituri li tiddeċiedi fuq awtorizzazzjoni minn qabel għal nefqa pubblika - Inammissibbiltà)
2013/C 46/13
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Elegktiko Synedrio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Epitropos tou Elegktikou Synedriou sto Ypourgeio Politsmou kai Tourismou
Konvenuta: Ypourgeio Politismou kai Tourismou — Ypiresia Dimosionomikou Elenchou'
Fil-preżenza ta’: Konstantinos Antonopoulos
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Elegktiko Synedrio — Interpretazzjoni tal-Klawżola 4(1) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) u tal-Artikolu 153 TFUE — Kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol, rispettivament — Kunċett — Kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni għal ħin iddedikat għall-attivitajiet sindakali, bħala leave sindakali — Inklużjoni
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Elegktiko Synedrio (il-Greċja), b’deċiżjoni tal-1 ta’ Lulju 2011, hija inammissibbli.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011
Full & Egal Universal Law Academy