7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-366/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2000/60/KE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma - Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara - Pubblikazzjoni u notifika lill-Kummissjoni - Assenza - Informazzjoni u konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar)
2012/C 200/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Hadjiyiannis u A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u J.-C. Halleux, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-termini previsti, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Nuqqas ta’ preparazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara skont l-Artikoli 13(2), (3) u (6), u 15(1) tad-Direttiva — Proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi ta’ dawn il-pjanijiet — Assenza
Dispożittiv
(1)
Billi ma ppreparax, fit-terminu previst, il-pjanijiet kollha ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara, kemm għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jinsabu kompletament fit-territorju tiegħu kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali, u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, kopja ta’ dawn il-pjanijiet, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 13(2), (3) u (6), u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u, barra minn hekk, billi ma bediex, fit-terminu previst, il-proċeduri kollha ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara, ir-Renju tal-Beljġu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 298, 08.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy