22.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Il-Belġju) — Déborah Prete vs Office national de l'emploi
(Kawża C-367/11) (1)
(Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 39 KE - Ċittadin ta’ Stat Membru li jkun qed ifittex xogħol fi Stat Membru ieħor - Ugwaljanza fit-trattament - Allowances tal-istennija favur żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu l-ewwel xogħol tagħhom - Għoti suġġett għall-kundizzjoni tal-ikkompletar ta’ mill-inqas sitt snin ta’ studji fl-Istat ospitanti)
2012/C 399/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Déborah Prete
Konvenut: Office national de l'emploi
Suġġett
Talba għal-deċiżjoni preliminari — Cour de cassation (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12, 17, 18 u 39 KE (li saru l-Artikoli 18, 20, 21 u 45 TFUE) — Allowances tal-istennija favur żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu l-ewwel xogħol tagħhom — Għoti suġġett għat-twettiq ta’ mill-inqas minn sitt snin ta’ studji fi stabbiliment tat-tagħlim tal-Istat Membru kkonċernat — Rifjut ta’ għoti lil ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jkun wettaq studji sekondarji f’dan l-Istat l-ieħor, unikament minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni msemmija qabel — Élementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata r-rabta ta’ żagħżugħ mas-suq tax-xogħol nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikolu 39 KE jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tissuġġetta d-dritt għal allowances tal-istennija li huma ta’ benefiċċju liż-żgħażagħ li jkunu qegħdin ifittxu l-ewwel xogħol tagħhom għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun segwiet tal-inqas sitt snin ta’ studji fi stabbiliment tat-tagħlim tal-Istat Membru ospitanti, sa fejn din il-kundizzjoni tipprekludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi rappreżentattivi oħra li huma xierqa sabiex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ rabta reali bejn l-applikant għal allowances u s-suq ġeografiku tax-xogħol inkwistjoni u teċċedi, minħabba dan il-fatt, dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit minn din id-dispożizzjoni u li huwa intiż sabiex tiġi ggarantita l-eżistenza ta’ tali rabta.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy