23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-369/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Direttiva 2001/14/KE - Artikoli 4(1) u 30(3) - Allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja - Intaxxar ta’ tariffi - Tariffi tal-infrastruttura - Indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura)
2013/C 344/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif emendata, kif ukoll mal-Artikoli 4(2) u 14(2), 4(1) u 30(3) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).
Dispożittiv
(1)
Billi ma żguratx l-indipendenza tal-amministratur tal-infrastruttura għall-intaxxar ta’ tariffi tal-aċċess għall-infrastruttura u l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(1) u 30(3) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet (tariffi) għall-użu tal-infrastruttura tal-ferrovija, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Taljana u r-Repubblika Ċeka għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy