30.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-370/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE - Taxxa diskriminatorja imposta fuq il-qligħ kapitali magħmul meta jsir ix-xiri mill-ġdid ta’ azzjonijiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv li huma stabbiliti fin-Norveġja jew fl-Islanda u li ma jibbenefikawx minn awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 85/611/KEE)
2012/C 194/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: W. Mölls, aġent)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġu (rappreżentant: J. -C. Halleux u M. Jacobs, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 36 u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Taxxa diskriminatorja imposta fuq il-qligħ kapitali magħmul meta jsir ix-xiri mill-ġdid ta’ azzjonijiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv li huma stabbiliti fin-Norveġja jew fl-Islanda u li ma jibbenefikawx minn awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 85/611/KEE
Dispożittiv
(1)
Billi jinżammu r-regoli li taħthom il-qligħ kapitali magħmul meta jsir ix-xiri mill-ġdid ta’ azzjonijiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv li minnhom iktar minn 40 % tal-portafoll huwa investit fi krediti u li ma jirċevux awtorizzazzjoni maħruġa skont id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), ma humiex taxxabbli meta dawn l-impriżi huma stabbiliti fil-Belġju, filwaqt li l-qligħ kapitali magħmul meta jsir ix-xiri mill-ġdid ta’ azzjonijiet ta’ tali impriżi stabbiliti fin-Norveġja jew fl-Islanda huma taxxabbli, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 Mejju 1992.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 290, 1.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy