23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Panellinios Syndesmos Viomichanion Metapoiisis Kapnou vs Ypoyrgos Oikonomias kai Oikonomikon, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon
(Kawża C-373/11) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-validità - Politika agrikola komuni - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Pagament addizzjonali mogħti għal tipi partikolari ta’ agrikoltura u l-produzzjoni ta’ kwalità - Marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri - Diskriminazzjoni - Artikoli 32 KE u 34 KE)
2013/C 344/13
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Panellinios Syndesmos Viomichanion Metapoiisis Kapnou
Konvenuti: Ypoyrgos Oikonomias kai Oikonomikon, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 32 u 34 KE — Ħlas supplementari mogħti għal tipi partikolari ta’ agrikoltura — Possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri li jistabbilixxu partijiet differenti tal-komponent tal-limiti nazzjonali għall-finijiet tal-għoti tal-għajnuna supplementari — Trattament differenti tal-produtturi tal-istess prodotti skont l-użu li jsir minn din il-fakultà minn kull Stat Membru
Dispożittiv
L-eżami tad-domanda preliminari ma rrileva l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 69 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001.
(1) ĠU C 269, 10.9.2011
Full & Egal Universal Law Academy