16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-374/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 75/442/KEE - Ilmijiet domestiċi użati evakwati permezz ta’ tankijiet settiċi fil-kampanja - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Artikolu 260(2) TFUE - Miżuri intiżi għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sanzjonijiet pekunjarji - Penalità - Somma f’daqqa)
2013/C 46/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. White, aġent)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagen u E. Creedon, aġenti, A. Collins SC, M. Gray, BL)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ottubru 2009, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-188/08) dwar il-ksur tal-Artikoli 4, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 3) f’dak li jirrigwarda l-ilmijiet domestiċi mormija eliminati minn tankijiet settiċi — Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra — Talba sabiex jiġu imposti pagamenti ta’ penalità u somma f’daqqa
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax il-miżuri neċessarji kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tad-29 ta’ Ottubru 2009, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-188/08) li tikkonstata n-nuqqas tal-Irlanda li twettaq l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.
(2)
L-Irlanda hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, penalità ta’ EUR 12 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, li tibda tiddekorri mid-data li fiha tingħata s-sentenza preżenti sad-data tal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq.
(3)
L-Irlanda hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 2 000 000.
(4)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy