17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — DI VI Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions en matière d’impôts
(Kawża C-380/11) (1)
(Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kapital - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital - Telf tal-kwalità ta’ persuna taxxabbli suġġetta għat-taxxa fuq il-kapital wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija lejn Stat Membru ieħor - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali)
2012/C 355/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DI VI Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C
Konvenuta: Administration des contributions en matière d’impôts
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kapital — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital, għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tibqa’ suġġetta għal din it-taxxa fuq il-kapital fl-Istat Membru kkonċernat matul il-ħames snin taxxabbli sussegwenti — Telf tal-kwalità ta’ persuna taxxabbli fir-rigward tat-taxxa fuq il-kapital wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat lejn Stat Membru ieħor
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-għoti ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jibqa’ suġġett għal din it-taxxa matul il-ħames snin taxxabbli segwenti.
(1) ĠU C 298, 08.10.2011
Full & Egal Universal Law Academy