9.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 325/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Le Crédit Lyonnais vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat
(Kawża C-388/11) (1)
(Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikoli 17 u 19 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Użu ta’ oġġetti u ta’ servizzi kemm għal tranżazzjonijiet taxxabbli u għal tranżazzjonijiet eżentati - Tnaqqis proporzjonali - Kalkolu tal-proporzjon - Fergħat stabbiliti fi Stati Membri oħra u fi Stati Membri terzi - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħhom)
2013/C 325/03
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Le Crédit Lyonnais
Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l'Etat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikoli 13 [B(d)(1) sa (5)], 17[(2) u (3)(a) u (ċ) u (5)], u 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Beni u servizzi użati kemm għal operazzjonijiet li huma eliġibbli kif ukoll dawk li ma humiex eliġibbli għal tnaqqis — Kalkolu tal-pro rata ta’ tnaqqis — Obbligu ta’ teħid inkunsiderazzjoni, mis-sede ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru, tad-dħul magħmul mill-fergħat tagħha stabbiliti fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 17(2) u (5), kif ukoll 19(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ tnaqqis tal-VAT applikabbli għaliha, kumpannija, li s-sede tagħha tinsab fi Stat Membru, ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ imwettaq mill-fergħat tagħha stabbiliti fi Stati Membri oħra.
(2)
L-Artikoli 17(3)(a) u (ċ) kif ukoll 19(1) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ tnaqqis tal-VAT applikabbli għaliha, kumpannija, li s-sede tagħha tinsab fi Stat Membru, ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ imwettaq mill-fergħat tagħha stabbiliti fi Stati terzi.
(3)
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stat Membru li jadotta regola ta’ kalkolu tal-proporzjon ta’ tnaqqis skont is-settur ta’ attività ta’ kumpannija taxxabbli li tawtorizza lil din tal-aħħar li tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ imwettaq minn fergħa stabbilita fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz.
(1) ĠU C 298, 08.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy