24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — CS AGRO Ronov s.r.o. vs Ministerstvo zemědělství
(Kawża C-390/11) (1)
(Agrikoltura - Settur taz-zokkor - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Impenn tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota - Kunċett - Dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur - Rifjut tal-għoti tal-għajnuna - Neċessità li jiġi rexiss il-kuntrat eżistenti ta’ kunsinna)
2012/C 366/22
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CS AGRO Ronov s.r.o.
Konvenut: Ministerstvo zemědělství
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 29, rettifika fil-ĠU L 64 M, 10.03.2009, p. 11), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1261/2007, tad-9 ta’ Ottubru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 283, p. 8) — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor — Kunċett ta’ “impenn” li għandu jakkumpanja l-applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturazzjoni, fejn il-produttur tal-pitravi taz-zokkor jorbot lilu nnifsu li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota lill-impriżi li magħhom huwa kkonkluda kuntratt ta’ kunsinna matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti — Rifjut li tingħata l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni peress li l-imsemmi impenn għandu jieħu l-forma tar-rexissjoni tal-kuntratt ta’ kunsinna eżistenti u mhux ta’ dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 4a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007, tad-9 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impenn li titwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 jista’ jieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni unilaterali mill-produttur.
(2)
L-Artikolu 4a(1) tar-Regolament Nru 320/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 1261/2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impenn unilaterali tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 ma jimplikax, fih innifsu, in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-obbligi kuntrattwali tiegħu fil-konfront tal-impriża taz-zokkor.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy