24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-391/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/53/KE - Artikolu 2(3) - Protezzjoni tal-ambjent - Vetturi li ma għadhomx jintużaw - Kunċett ta’ produttur)
2012/C 366/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u M. Patakia, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u T. Materne, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-termini previsti, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) u (3) u tal-Artikolu 5(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224) — Kunċetti ta’ “vettura” u ta’ “produttur” — Natura gratwita tal-konsenja tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw suġġetta għal kundizzjonijiet mhux stabbiliti mid-direttiva
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Belġju għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 305 15.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy