8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 — Jager & Polacek GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-402/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 18 (1) - Natura ġuridika ta’ komunikazzjoni tal-UASI li tinforma li oppożizzjoni ġiet ikkunsidrata ammissibbli - Dritt għal rimedju effettiv)
2012/C 379/17
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Jager & Polacek GmbH (rappreżentant: A. Renck, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011, Jager & Polacek vs UASI (REDTUBE) (T-488/09) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2009 (Kaz R 442/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jager & Polacek GmbH u RT Mediasolution s.r.o. — Ksur tal-Artikolu 80(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal rimedju effettiv
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qort Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 2011, Jager & Polacek vs UASI (REDTUBE) (T-488/09), hija annullata.
(2)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta’ Settembru 2009 (Każ R 442/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jager & Polacek GmbH u RT Mediasolutions s. r. o., hija annullata.
(3)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż kemm tal-proċeduri fl ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell.
(1) ĠU C 6, 7.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy