24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-403/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/60/KE - Pjanijiet għall-immaniġġjar tad-distrett tal-baċin tax-xmara - Pubblikazzjoni u notifika lill-Kummissjoni - Informazzjoni u konsultazzjoni pubblika - Assenza)
2012/C 366/25
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn I. Hadjiyannis u G. Valero Jordana, sussegwentement minn B. Simon, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 13(1),(2),(3) u 6, 14(1)(ċ), u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Pjanijiet għall-immaniġġjar tad-distrett tal-baċin tax-xmara — Informazzjoni u konsultazzjoni pubblika — Notifika ta’ dawn il-pjanijiet ta’ immaniġġjar
Dispożittiv
(1)
Ir-Renju ta’ Spanja:
—
meta ma adottatx, fit-22 Diċembru 2009, il-pjanijiet ta’ immaniġġjar tad-distrett tal-baċin tax-xmara, ħlief fil-każ tad-distrett tal-baċin tax-xmara tal-Cataluña, u meta ma nnotifikatx lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, sat-22 ta’ Marzu 2010, kopja ta’ dawn il-pjanijiet, skont l-Artikoli 13(1) sa (3) u 6, kif ukoll 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, kif emendata bid-Direttiva 2008/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, u
—
meta ma bdietx, sat-22 ta’ Diċembru 2008 l-iktar tard, ħlief rigward id-distretti tal-baċin tax-xmara tal-Cataluña, tal-Islas Baleares, ta’ Tenerife, ta’ Guadiana, ta’ Guadalquivir, tal-baċir Mediterranju tal-Andalucía; ta’ Tinto-Odiel-Piedras; ta’ Guadalete-Barbate; ta’ Galicia-Costa; ta’ Miño-Sil; ta’ Duero; ta’ Cantábrico tal-Punent u ta’ Cantábrico tal-Lvant, il-proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku dwar l-abbozzi ta’ pjanijiet ta’ immaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, skont l-Artikolu 14(1)(ċ) ta’ din id-direttiva,
naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundanant għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 290, 01.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy