1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Buczek Automotive sp. z o.o., Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-405/11 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Ristrutturazzjoni tal-industrija siderurġika Pollakka - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Irkupru ta’ djun pubbliċi - Nuqqas ta’ talba għal falliment tal-impriża debitriċi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat - Kriterju ta’ kreditur privat - Tqassim tal-oneru tal-prova - Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju)
2013/C 156/11
Lingwa tal-proċedura: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik u T. Maxian Rusche, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Buczek Automotive sp. z o.o. (rappreżentanti: J. Jurczyk, radca prawny), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Krasnodębska-Tomkiel, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Mejju 2011 — Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T-1/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/344/KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C-23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implimentat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (ĠU 2008, L 116, p. 26) — Nuqqas ta’ talba għal falliment tal-impriża debitriċi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat — Żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni tat-test tal-kreditur privat ipotetiku kif ukoll tat-tqassim tal-oneru tal-prova
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011
Full & Egal Universal Law Academy