31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék — l-Ungerija) — Gábor Csonka, Tibor Isztli, Dávid Juhász, János Kiss, Csaba Szontág vs Magyar Állam
(Kawża C-409/11) (1)
(Użu ta’ vetturi bil-mutur - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Direttiva 84/5/KEE - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(4) - Insolvenza tal-assiguratur - Nuqqas ta’ intervent tal-korp ta’ indennizz)
2013/C 252/09
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gábor Csonka, Tibor Isztli, Dávid Juhász, János Kiss, Csaba Szontág
Konvenut: Magyar Állam
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10) — Obbligu għall-Istati Membri li jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex il-poloz ta’ assigurazzjoni kollha ta’ responsabbiltà ċivili jkopru t-totalità tat-territorju tal-Komunità — Irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ operat ta’ kumpannija tal-assigurazzjoni tal-vetturi, li twassal għal obbligu għall-individwi li jkunu kkonkludew kuntratti mal-imsemmija kumpannija ta’ assigurazzjoni, li jirrispondu personalment, permezz tal-patrimonju tagħhom, għad-danni kkawżati lil oħrajn — Responsabbiltà tal-Istat fil-każijiet ta’ traspożizzjoni mhux korretta ta’ direttiva
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, moqri fid-dawl tal-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiv 2005/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix, fost l-obbligi imposti minn din id-dispożizzjoni fuq l-Istat Membri, dak li jiġi stabbilit korp li jiggarantixxi l-kumpens lill-vittmi ta’ inċidenti tat-triq fl-ipoteżi li, għalkemm il-persuni responsabbli mid-danni kienu għamlu assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tagħhom fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, l-assiguratur sar insolventi.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy