18.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Jutta Leth vs Republik Österreich, Land Niederösterreich
(Kawża C-420/11) (1)
(Ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Awtorizzazzjoni ta’ tali proġett fin-nuqqas ta’ evalwazzjoni xierqa - Għanijiet ta’ din l-evalwazzjoni - Kundizzjonijiet li hija suġġetta għalihom l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens - Inklużjoni jew le tal-protezzjoni tal-individwi kontra d-danni patrimonjali)
2013/C 141/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jutta Leth
Konvenuti: Republik Österreich, Land Niederösterreich
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) u bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466) — Awtorizzazzjoni ta’ proġett fin-nuqqas ta’ stima adegwata tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent — Rikors ippreżentat minn individwu dwar kumpens għat-telf fil-valur tal-proprjetà immobbli tiegħu kkawżat minn dan il-proġett — Skopijiet tal-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Inklużjoni jew esklużjoni tal-protezzjoni tal-individwi kontra d-danni patrimonjali
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttivi tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, u 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istima tal-effetti fuq l-ambjent, kif stabbilita f’dan l-Artikolu, ma tinkludix l-istima tal-effetti tal-proġett inkwistjoni fuq il-valur tal-beni materjali. Madankollu, id-danni patrimonjali, sa fejn ikunu konsegwenzi ekonomiċi diretti tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġett pubbliku jew privat, huma koperti mill-għan ta’ protezzjoni mfittex minn din id-direttiva.
Fil-prinċipju, il-fatt li ma saritx stima tal-effetti fuq l-ambjent bi ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva msemmija, minnu nnifsu ma jikkonferixxix fuq individwu, skont id-dritt tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għal regoli tad-dritt nazzjonali inqas restrittivi fil-qasam tar-responsabbiltà tal-Istat, dritt għal kumpens għal dannu purament patrimonjali kkawżat mid-deprezzament tal-valur tal-beni immobbli tiegħu maħluq minn effetti fuq l-ambjent tal-proġett imsemmi. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk humiex sodisfatti l-eżiġenzi tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għad-dritt għal kumpens, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ksur allegat u d-danni subiti.
(1) ĠU C 319, 29.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy