17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-422/11 P u C-423/11 P) (1)
(Appelli - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà tar-rikors - Rappreżentazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni - Avukat - Indipendenza)
2012/C 355/11
Lingwa tal-proċedura: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej [rappreżentanti: D. Dziedzic-Chojnacka u D. Pawłowska, radcowie prawni), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar kif ukoll minn A. Kraińska u D. Lutostańska, aġenti]
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: G. Braun u A. Stobiecka-Kuik, aġenti]
Suġġett
Appelli mressqa mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Mejju 2011, Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni (T-226/10), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli r-rikors tal-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 1234, tat-3 ta’ Marzu 2010, adottata b’applikazzjoni tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), li tordna lill-awtorità regolatorja Pollakka fil-qasam tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi postali li tirtira żewġ abbozzi ta’ miżuri nnotifikati dwar is-suq nazzjonali bl-ingrossa tal-iskambju ta’ traffiku IP (tranżitu IP) (Każ PL/2009/1019) u s-suq bl-ingrossa ta’ peering IP man-netwerk ta’ Telekomunikacja Polska S.A. (TP) (Każ PL/2009/1020) — Interpretazzjoni żbaljata tat-tielet u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikkunsidrat flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll mas-sitt paragrafu tal-Artikolu 254 TFUE, u l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura — Ksur tal-Artikolu 67(1) TFUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura — Ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 4(1) TUE, u mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura — Ksur tal-Artikolu 5(4) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Inammissibbiltà tar-rikors f’każ ta’ rappreżentazzjoni minn avukati li jinsabu f’relazzjoni ta’ impjieg mal-parti
Dispożittiv
(1)
L-appelli huma miċħuda.
(2)
Il-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej u r-Repubblika tal-Polonja huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy