27.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd et vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs
(Kawża C-424/11) (1)
(Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 77/388/KEE - Eżenzjoni tal-immaniġġjar tal-fondi speċjali ta’ investiment - Portata - Skemi ta’ pensjonijiet tal-irtirar mix-xogħol)
2013/C 123/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wheels Common Investment Fund Trustees Ltd, National Association of Pension Funds Ltd, Ford Pension Fund Trustees Ltd, Ford Salaried Pension Fund Trustees Ltd, Ford Pension Scheme for Senior Staff Trustee Ltd
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13B(d)(6) tad-Direttiva 77/388/KEE: Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Eżenzjonijiet — Portata tal-eżenzjoni tal-immaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment — Inklużjoni tal-iskemi ta’ rtirar mix-xogħol.
Dispożittiv
L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, u l-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li fond ta’ investiment li jiġbor flimkien l-attiv ta’ skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “fondi speċjali ta’ investiment”, skont dawn id-dispożizzjonijiet, li l-immaniġġjar tagħhom jista’ jiġi eżentat mit-taxxa fuq il-valur miżjud fid-dawl tal-għan ta’ dawn id-direttivi u tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, peress li l-affiljati ma jsostnux ir-riskju li jirriżulta mill-immaniġġjar ta’ dan il-fond u peress li l-kontribuzzjonijiet li l-persuna li timpjega tħallas fl-iskema ta’ pensjonjiet tal-irtirar, jikkostitwixxu mezz li bih hija tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward tal-impjegati tagħha.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy