20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland — l-Irlanda) — Margaret Kenny et vs Minister for Justice, Equality and Law Reform et
(Kawża C-427/11) (1)
(Artikolu 141 KE - Direttiva 75/117/KEE - Ugwaljanza fir-rigward tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Diskriminazzjoni indiretta - Ġustifikazzjoni oġġettiva - Kundizzjonijiet)
2013/C 114/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Margaret Kenny, Patricia Quinn, Nuala Condon, Eileen Norton, Ursula Ennis, Loretta Barrett, Joan Healy, Kathleen Coyne, Sharon Fitzpatrick, Breda Fitzpatrick, Sandra Hennelly, Marian Troy, Antoinette Fitzpatrick, Helena Gatley
Konvenuti: Minister for Justice, Equality u Law Reform, Minister for Finance, Commissioner of An Garda Síochána
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikolu 157 TFUE u tad-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE, tal-10 ta’ Frar 1975, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 179) [issostitwita bid-Direttiva 2006/54/KE] — Kunċett ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva fil-kuntest ta’ diskriminazzjoni indiretta apparenti bejn ħaddiema rġiel u nisa fi ħdan is-servizz pubbliku — Kriterji
Dispożittiv
L-Artikolu 141 KE u d-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE, tal-10 ta’ Frar 1975, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
—
ħaddiema jagħmlu l-istess xogħol jew xogħol li għalih huwa attribwit valur ugwali jekk, fid-dawl tal-fatturi kollha, bħan-natura tax-xogħol, il-kundizzjonijiet ta’ taħriġ u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, huma jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli, fatt li huwa l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa;
—
fil-kuntest ta’ diskriminazzjoni indiretta fis-salarju, hija l-persuna li timpjega li għandha tipprovdi ġustifikazzjoni oġġettiva li tirrigwarda d-differenza fir-remunerazzjoni kkonstatata bejn il-ħaddiema li jħossuhom ddiskriminati u l-persuni ta’ referenza;
—
il-ġustifikazzjoni mill-persuna li timpjega tad-differenza fir-remunerazzjoni li tirrileva diskriminazzjoni prima facie fuq bażi ta’ sess għandha tirrelata mal-persuni ta’ referenza li, minħabba l-fatt li s-sitwazzjoni ta’ dawn il-persuni hija kkaratterizzata mill-istatistiċi validi li tirrigwarda numru suffiċjenti ta’ persuni, li ma humiex l-espressjoni ta’ fenomenu purament fortuwitu jew fuq żmien qasir u li, b’mod ġenerali, jidhru sinjifikattivi, ittieħdu inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali sabiex tiġi kkonstatata l-imsemmija differenza, u
—
l-interess għal relazzjonijiet industrijali tajbin jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali fost elementi oħra li jippermettulha li tevalwa jekk id-differenzi bejn ir-remunerazzjonijiet ta’ żewġ gruppi ta’ ħaddiema humiex dovuti għal fatturi oġġettivi u li ma humiex relatati ma’ kwalunkwe diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess u kif ukoll konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy