8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) — Purely Creative Ltd, Strike Lucky Games Ltd, Winners Club Ltd, McIntyre & Dodd Marketing Ltd, Dodd Marketing Ltd, Adrian Williams, Wendy Ruck, Catherine Cummings, Peter Henry vs Office of Fair Trading
(Kawża C-428/11) (1)
(Direttiva 2005/29/KE - Prattiċi kummerċjali żleali - Prattika fejn il-konsumatur jiġi informat li rebaħ premju u fejn ikun meħtieġ li, sabiex jirċievi dan il-premju, jidħol f’xi tip ta’ spiża)
2012/C 379/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Purely Creative Ltd, Strike Lucky Games Ltd, Winners Club Ltd, McIntyre & Dodd Marketing Ltd, Dodd Marketing Ltd, Adrian Williams, Wendy Ruck, Catherine Cummings, Peter Henry
Konvenut: Office of Fair Trading
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-punt 31 tal-Anness 1 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE u d-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22, rettifika tal-verżjoni bil-Malti fil-ĠU L 114, 27.4.2006, p. 86) — Prattiċi kummerċjali kkunsidrati żleali fiċ-ċirkustanzi kollha — Prattika fejn il-konsumatur jiġi informat li rebaħ premju filwaqt li jingħata diversi metodi possibbli ta’ kif jitlob l-imsemmi premju u fejn ikun meħtieġ li jidħol f’xi tip ta’ spiża, li tiddependi mill-metodu magħżul
Dispożittiv
It-tieni inċiż tal-punt 31 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi l-prattiċi aggressivi li permezz tagħhom il-kummerċjanti, bħala dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jagħtu l-impressjoni falza li l-konsumatur diġà rebaħ premju meta t-twettiq ta’ azzjoni fir-rigward tat-talba għal dan il-premju, kemm fir-rigward ta’ talba għal informazzjoni dwar in-natura ta’ dan il-premju u kemm fir-rigward tat-teħid tal-pussess tiegħu, ikun suġġett għall-obbligu, min-naħa tal-konsumatur, li jħallas xi flus jew li jidħol f’xi spiża.
Huwa irrilevanti li l-ispiża imposta fuq il-konsumatur, bħall-prezz ta’ bolla, tkun negliġibbli meta mqabbla mal-valur tal-premju jew li din l-ispiża ma tipprokura ebda benefiċċju għall-kummerċjant.
Huwa irrilevanti wkoll li l-azzjonijiet fir-rigward tat-talba għal premju jistgħu jitwettqu permezz ta’ diversi metodi proposti lill-konsumatur mill-kummerċjant, metodi li minn tal-inqas wieħed minnhom ikun bla ħlas, meta wieħed jew iktar minn dawn il-metodi proposti jirrikjedu li l-konsumatur jidħol fi spiża sabiex jinforma ruħu dwar il-premju jew dwar il-modalitajiet kif jista’ jikseb dan il-premju.
Huma l-qrati nazzjonali li għadhom jevalwaw l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi fid-dawl tal-premessi 18 u 19 tad-Direttiva 2005/29, kif ukoll tal-Artikolu 5(2)(b) tagħha, jiġifieri billi jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċarezza u n-natura li tinftiehem ta’din l-informazzjoni min-naħa tal-pubbliku li jkun fil-mira tal-prattika segwita.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy