31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Gosselin Group NV vs Il-Kummissjoni Ewropea, Stichting Administratiekantoor Portielje
(Kawża C-429/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Klassifikazzjoni - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Obbligu ta’ motivazzjoni - Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Valur legali - Obbligu li jiġi ddefinit is-suq rilevanti - Portata - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) - Proporzjon tal-valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 25 - Preskrizzjoni - Ksur ripetut)
2013/C 252/11
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Gosselin Group NV (rappreżentanti: F. Wijckmans, H. Burez, u S. De Keer, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, F. Ronkes Agerbeek, aġenti), Stichting Administratiekantoor Portielje
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group vs Il-Kummissjoni (T-208/08) u Stichting Administratiekantoor Portielje (T-209/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T-208/08, annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), sa fejn tikkonstata li Gosselin Group NV ipparteċipat fi ksur tal-Artikolu 81(1) KE matul il-perijodu bejn it-30 ta’ Ottubru 1993 u l-14 ta’ Novembru 1996 u, fil-Kawża T-209/08, annullat id-Deċiżjoni C(2008) 926, kif emendata bid-Deċiżjoni C(2009) 5810, sa fejn tikkonċerna lil Stichting Administratiekantoor Portielje
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Gosselin Group NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 331, 12.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy