26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Rovigo — l-Italja) — Proċeduri kriminali kontra Md Sagor
(Kawża C-430/11) (1)
(Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi piena ta’ multa li tista’ tiġi ssostitwita b’piena ta’ tkeċċija jew b’piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju)
2013/C 26/23
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Rovigo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Md Sagor
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Rovigo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4, 6, 7, 8, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98), kif ukoll tal-Artikolu 4(3) TUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi multa ta’ bejn EUR 5 000 u 10 000 għall-persuna barranija li tkun daħlet b’mod illegali fit-territorju nazzjonali jew li tkun residenti f’dan it-territorju b’mod illegali — Ammissibbiltà tar-reat kriminali ta’ residenza illegali — Ammissibbiltà, minflok il-multa, tat-tkeċċija immedjata għal perijodu ta’ minn tal-inqas ħames snin jew ta’ piena li tillimita l-libertà (“permanenza domiciliare”) — Obbligi tal-Istati Membri matul it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva
Dispożittiv
(1)
Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment għandha tiġi interpretata fis-sens li hija
—
ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiskoraġġixxi s-soġġorn illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz permezz ta’ piena ta’ multa li tista’ tiġi ssostitwita b’piena ta’ tkeċċija, u
—
tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tiskoraġġixxi s-soġġorn illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz permezz ta’ piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju mingħajr ma tagħti garanzija li l-eżekuzzjoni ta’ din il-piena għandha tieqaf hekk kif it-trasferiment fiżiku tal-persuna kkonċernata barra mill-imsemmi Stat Membru jkun possibbli.
(1) ĠU C 25, 28.1.2012.
Full & Egal Universal Law Academy