23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-431/11) (1)
(Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ftehim ŻEE - Proposta għal emenda - Deċiżjoni tal-Kunsill - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 48 TFUE - Artikolu 79(2)(b) TFUE)
2013/C 344/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell aġent, assistit minn A. Dashwood, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Veiga kif ukoll minn A. De Elera u G. Marhic, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, aġent, assistit minn N. Travers, BL)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Suġġett
Annulament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/407/UE, tas-6 ta’ Ġunju 2011, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness VI (Sigurtà Soċjali) u l-Protokoll 37 mal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU L 182, p. 12) — Għażla tal-bażi legali (l-Artikolu 48 TFUE jew l-Artikolu 79 TFUE)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
L-Irlanda u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011
Full & Egal Universal Law Academy