23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — CHS Tour Services vs Team4 Travel GmbH
(Kawża C-435/11) (1)
(Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Brochure tal-bejgħ li fih tagħrif falz - Klassifikazzjoni bħala “prattika kummerċjali qarrieqa” - Każ fejn ma jista’ jiġi attribwit l-ebda ksur tad-dmir ta’ diliġenza lill-kummerċjant)
2013/C 344/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CHS Tour Services GmbH
Konvenuta: Team4 Travel GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22) — Brochure li fih informazzjoni falza — Eżistenza jew le tal-possibbiltà li negozjant juri li r-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali ġew osservati sabiex jiġi evitat li l-imsemmija prattika kummerċjali tiġi kkwalifikata bħala “żleali”
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ fejn prattika kummerċjali tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva sabiex tiġi kklassifikata bħala prattika qarrieqa fil-konfront tal-konsumatur, ma huwiex meħtieġ li jiġi vverifikat jekk tali prattika hijiex ukoll kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali fis-sens tal-Artikolu 5(2)(a) ta’ din l-istess direttiva sabiex tkun tista’ titqies validament bħala żleali u, għaldaqstant, ipprojbita abbażi tal-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy