12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) Lagura Vermögensverwaltung GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen
(Kawża C-438/11) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 220(2)(b) - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Impossibbiltà li tiġi vverifikata l-eżattezza ta’ ċertifikat ta’ oriġini - Kunċett ta’ ‘ċertifikat ibbażat fuq preżentazzjoni inkorretta tal-fatti mill-esportatur’ - Oneru tal-prova - Skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati)
2013/C 9/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lagura Vermögensverwaltung GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Hafen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239) — Esportazzjoni tal merkanzija ta’ Stat terz lejn l-Unjoni Ewropea — Kontroll a posteriori tal-prova tal oriġini — Impossibbiltà li tiġi vverifikata retrospettivament l-eżattezza tal-kontenut ta’ ċertifikat ta’ oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-imsemmija Stati terzi — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi eventwali tal-importatur
Dispożittiv
L-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000, għandu jiġi interpretat f’dan is-sens li, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat terz, minħabba li l-esportatur ikun waqqaf il-produzzjoni tiegħu, ma jkunux jistgħu jivverifikaw, waqt verifika sussegwenti, jekk iċ-ċertifikat ta’ oriġini “formula A” li huma ħarġu huwiex ibbażat fuq preżentazzjoni korretta tal-fatti minn dan l-esportatur, l-oneru tal-prova li dan iċ-ċertifikat ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ preżentazzjoni korretta tal-fatti mill-esportatur huwa fuq il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy