31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Ziegler SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-439/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Valur legali - Obbligu li jiġi ddefinit is-suq rilevanti - Portata - Dritt għal smigħ xieraq - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Imparzjalità oġġettiva tal-Kummissjoni - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) - Proporzjon tal-valur tal-bejgħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tnaqqis tal-multa minħabba l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva jew minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ każ - Ugwaljanza fit-trattament)
2013/C 252/12
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Ziegler SA (rappreżentanti: J.-F. Bellis, M. Favart u A. Bailleux, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011, Ziegler vs Il-Kummissjoni (T-199/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tat-Trattat ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ Ġarr Internazzjonali) — Kompetizzjoni — Akkordju — Żbalji ta’ liġi — Effett sinjifikattiv fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Multa — Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ziegler SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy