31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Administratiekantoor Portielje, Gosselin Group NV
(Kawża C-440/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċeduri ta’ sejħa għal offerti - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur lill-korp li jikkontrolla l-azzjonijiet - Kunċett ta’ “impriża” - Preżunzjoni tal-eżistenza effettiva ta’ influwenza determinanti - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) - Ċirkustanzi attenwanti)
2013/C 252/13
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, S. Noë u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Stichting Administratiekantoor Portielje (rappreżentanti: D. Van hove, F. Wijckmans, S. De Keer u H. Burez, avuakti), Gosselin Group NV
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il-Kummissjoni (T-208/08 u T-209/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali, fil-Kawża T-208/08, annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), sa fejn tikkonstata li Gosselin Group NV ipparteċipat fil-ksur tal-Artikolu 81(1) KE matul il-perijodu bejn it-30 ta’ Ottubru 1993 u l-14 ta’ Novembru 1996 u, fil-Kawża T-209/08, annullat id-Deċiżjoni C(2008) 926, kif emendata bid-Deċiżjoni C(2009) 5810, sa fejn tikkonċerna lil Stichting Administratiekantoor Portielje
Dispożittiv
(1)
Il-punti 4 u 6 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Ġunju 2011, Gosselin Group u Stichting Administratiekantoor Portielje vs Il Kummissjoni (T-208/08 u T-209/08), huma annullati.
(2)
Ir-rikors ta’ Stichting Administratiekantoor Portielje fil-Kawża T-209/08 huwa miċħud.
(3)
Stichting Administratiekantoor Portielje hija kkundannata għall-ispejjeż kemm tal-proċeduri fl-ewwel istanza fil-Kawża T-209/08, kif ukoll għal dawk tal-appell.
(1) ĠU C 331, 12.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy