1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — F.P. Jeltes, M.A. Peeters, J.G.J. Arnold vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
(Kawża C-443/11) (1)
(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Artikolu 45 TFUE - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 71 - Ħaddiem transkonfinali atipiku kompletament qiegħed li żamm rabtiet personali u professjonali fl-Istat Membru tal-aħħar impjieg - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 65 - Dritt għal benefiċċju fl-Istat Membru ta’ residenza - Rifjut ta’ ħlas mill-Istat Membru tal-aħħar impjieg - Ammissibbiltà - Rilevanza tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ġunju 1986, Miethe (1/85) - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 87(8) - Kunċett ta’ sitwazzjoni li “ma nbidlitx”)
2013/C 156/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: F.P. Jeltes, M.A. Peeters, J.G.J. Arnold
Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Amsterdam — Interpretazzjoni tal Artikolu 45 TFUE, tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15), tal Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE), tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) u tal-Artikoli 65 u 87(8) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72) — Ħaddiem transkonfinali kompletament qiegħed — Dritt għall-benefiċċji tal-Istat Membru ta’ residenza — Ħaddiem li fl-Istat Membru tal-aħħar impjieg, żamm rabtiet personali u professjonali li fih jiddisponi minn ċans aħjar ta’ integrazzjoni professjonali mill-ġdid — Stat Membru li jirrifjuta, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu u biss minħabba r-residenza fit-territorju ta’ Stat Membru, li jagħti benefiċċji tal-qgħad lil dan il-ħaddiem
Dispożittiv
(1)
Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas 16 ta’ Settembru 2009, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 65 ta’ dan ir-regolament ma għandhomx jiġu interpretati fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat 12 ta’ Ġunju 1986 Miethe (1/85). Fir-rigward ta’ ħaddiem transkonfinali li jinsab f’sitwazzjoni ta’ qgħad komplet, li żamm mal-Istat Membru tal-aħħar impjieg tiegħu rabtiet personali u professjonali tali li f’dan l-Istat għandu l-aqwa possibbiltajiet ta’ integrazzjoni professjonali mill-ġdid, dan l-Artikolu 65 għandu jinfthiem fis-sens li jippermetti lil tali ħaddiem iqiegħed lilu nnifsu b’mod supplimentari għad-dispożizzjoni tad-dipartimenti ta’ impjieg tal-imsemmi Stat mhux bil-għan li jikseb allowances tal-qgħad f’dan tal-aħħar, iżda biss bil-għan li minnu jgawdi mis-servizzi ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid.
(2)
Ir-regoli dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, li jinsabu b’mod partikolari fl-Artikolu 45 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li l-Istat Membru tal-aħħar impjieg jirrifjuta, skont id-dritt nazzjonali tiegħu, li jagħti lil ħaddiem transkonfinali f’sitwazzjoni ta’ qgħad komplet, li f’dan l-Istat Membru jgawdi mill-aħjar opportunitajiet ta’ integrazzjoni professjonali mill-ġdid, il-benefiċċju tal-allowances tal-qgħad, minħabba l-fatt li ma jirrisjedix fit-territorju tiegħu, ġaladarba, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 988/2009, il-leġiżlazzjoni applikabbli hija dik tal-Istat Membru ta’ residenza.
(3)
Hemm lok li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(8) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 998/2009, fir-rigward ta’ ħaddiema transkonfinali li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ qgħad komplet li, fid-dawl tar-rabtiet li żammew fl-Istat Membru tal-aħħar impjieg tagħhom, jirċievu minn dan l-istat allowances tal-qgħad abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, skont l-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, tal 14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità fil-verżjoni tiegħu emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008.
Il-kunċett ta’ sitwazzjoni li “ma nbidlitx”, fis-sens tal-Artikolu 87(8) tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 998/2009, għandu jiġi evalwat fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam ta’ sigurtà soċjali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk ħaddiema bħal M. A. Peeters u J. G. J. Arnold jissodisfawx il-kundizzjonijiet previsti minn din il-leġiżlazzjoni sabiex jistennew it-tkomplija tal-ħlas tal-allowances tal-qgħad li kienu tħallsu lilhom skont l-imsemmija leġiżlazzjoni, b’mod konformi mal-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendat u aġġornat bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 592/2008.
(1) ĠU C 355, 3.12.2011
Full & Egal Universal Law Academy