31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Team Relocations NV, Amertranseuro International Holdings Ltd, Trans Euro Ltd, Team Relocations Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-444/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju - Iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u manipulazzjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Imputabbiltà - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi (2006) - Valuri tal-bejgħ - Kunċett - Proporzjon - Ammont addizzjonali - Ċirkustanzi attenwanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur lill-kumpannija parent - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 23(2) - Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Proporzjonalità)
2013/C 252/14
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Team Relocations NV (rappreżentanti: H. Gilliams, J. Bocken, u L. Gyselen, avukati), Amertranseuro International Holdings Ltd, Trans Euro Ltd, Team Relocations Ltd
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u N. von Lingen kif ukoll A. Antoniadis, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Team Relocations NV et vs Il-Kummissjoni (T-204/08 u T-212/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 — Servizzi ta’ ġarr internazzjonali), dwar akkordju fis-suq Belġjan tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali, dwar l-iffissar dirett u indirett tal-prezzijiet, dwar it-tqassim tas-suq u dwar il-manipulazzjoni tal-proċedura tas-sejħa għal offerti, kif ukoll l-annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew, sussidjarjament, it-tnaqqis tagħha
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Team Relocations NV, Amertranseuro International Holdings Ltd, Trans Euro Ltd u Team Relocations Ltd huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy