15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Edison SpA
(Kawża C-446/11 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2014/C 45/06
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Edison SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, R. Casati, M. Beretta, P. Merlino, F. Cannizzaro u E. Bruti Liberati, avukati)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Kawża T-196/06, Edison vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), safejn din tirrigwarda lil Edison SpA — Regoli relatati mal-imputabbiltà għall-prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-obbligu ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy