15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Caffaro Srl, taħt sistema ta’ amministrazzjoni straordinarja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-447/11 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Kalkolu tal-multa - Tul tal-ksur - Preskrizzjoni - Ċirkustanzi attenwanti)
2014/C 45/07
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Caffaro Srl, taħt sistema ta’ amministrazzjoni straordinarja (rappreżentanti: C. Biscaretti di Ruffia u E. Gambaro, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Malferrari, R. Striani u B. Gencarelli, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta’ Ġunju 2011, Caffaro vs Il-Kummissjoni (T-192/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, li tirrigwarda proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), sa fejn il-Kummissjoni timponi permezz tagħha multa in solidum fuq l-appellanti u fuq SNIA SpA, jew it-tnaqqis tal-ammont tal-imsemmija multa — Multi — Ugwaljanza fit-trattament — Preskrizzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Caffaro Srl, taħt sistema ta’ amministrazzjoni straordinarja, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy