15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Solvay Solexis SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-449/11 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Kunċetti ta’ “ftehim” u ta’ “prattiki miftiehma” - Kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu - Kalkolu tal-multa)
2014/C 45/09
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Solvay Solexis SpA (rappreżentanti: T. Salonico, G.L. Zampa u G. Barone, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L Malferrari u B. Gencarelli, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Solvay Solxis vs Il-Kummissjoni (T-195/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat), sa fejn din tikkonċerna lil Solvay Solexis — Tul tal-ksur — Kunċetti ta’ “ftehim” u ta’ “prattiki miftiehma”- Ugwaljanza fit-trattament — Obbligu ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Solvay Solexis SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy