23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-450/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar - Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tas-sistema partikolari għal persuni oħra għajr il-vjaġġaturi - Kunċetti ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijent”)
2013/C 344/17
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u L. Lozano Palacios, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u R. Laires, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller kif ukoll J. Očková, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J.-S. Pilczer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-applikazzjoni tas-sistema partikolari ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar għat-tranżazzjonijiet imwettqa minnhom favur benefiċjari li ma humiex il-vjaġġaturi.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Portugiża.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 319, 29.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy