29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgericht Giessen — Il-Ġermanja) — Natthaya Dülger vs Wetteraukreis
(Kawża C-451/11) (1)
(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru - Ċittadina Tajlandiża li kienet miżżewġa ma’ ħaddiem Tork u li għexet miegħu għal iktar minn tliet snin)
2012/C 295/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Giessen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Natthaya Dülger
Konvenuta: Wetteraukreis
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Gießen — Interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjon, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf bil-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru — Ċittadina Tajlandiża li għexet mal-konjuġi tagħha għal iktar minn tliet snin u sad-divorzju tagħhom
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mwaqqaf bil-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963 f’Ankara, mir-Repubblika tat-Turkija minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li kien ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li membru tal-familja ta’ ħaddiem Tork, ċittadin ta’ pajjiż terz li ma huwiex it-Turkija, jista’ jinvoka, fl-Istat Membru ospitanti, id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-dispożizzjoni, ladarba l-kundizzjonijiet l-oħra kollha previsti minnha jkun sodisfatti.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy