15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 — Solvay SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-455/11 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Kunċetti ta’ “ftehim” u ta’ “prattiki miftiehma” - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tnaqqis tal-multa)
2014/C 45/10
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Solvay SA (rappreżentanti: O. W. Brouwer, avukat, M. O’Regan, solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, A. Biolan u J. Bourke, aġenti, assistiti minn M. Gray, BL)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża), tas-16 ta’ Ġunju 2011, Solvay Solxis vs Il-Kummissjoni (T-195/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali laqgħet ir-rikors, minn naħa għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 2006/903/KE, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat) (ĠU L 353, p. 54), li tikkonċerna għadd ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma li jikkonsistu fi skambji ta’ informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-volumi ta’ bejgħ, f’akkordji fuq il-prezzijiet u fuq it-tnaqqis tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni fiż-ŻEE, kif ukoll fis-sorveljanza tal-implementazzjoni ta’ dawn il-ftehim fis-suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat tas-sodju, kif ukoll, min-naħa l-oħra, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Kunċetti ta’ “ftehim” u ta’ “prattiki miftiehma”
Dispożittiv
(1)
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
(2)
Solvay SA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell prinċipali.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy