12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Stockholms tingsrätt — L-Isvezja) — Ulf Kazimierz Radziejewski vs Kronofogdemyndigheten i Stockholm
(Kawża C-461/11) (1)
(Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Proċedura ta’ ħelsien totali jew parzjali mid-dejn - Debitur persuna fiżika - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza)
2013/C 9/31
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Stockholms tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ulf Kazimierz Radziejewski
Konvenuta: Kronofogdemyndigheten i Stockholm
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Stockholms tingsrätt — Interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE — Moviment liberu tal-persuni — Kompatibbiltà mal-Artikolu 45 ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-benefiċċju tal-proċedura għall-ħelsien mid-dejn fir-rigward ta’ persuni fiżiċi għall-kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju nazzjonali — Debitur ċittadin ta’ Stat Membru A, residenti fi Stat Membru B, li ressaq talba għall-ħelsien mid-dejn tiegħu fl-Istat Membru A, il-post fejn inħoloq id-dejn tiegħu — Rabtiet mal-post fejn titressaq it-talba
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ miżura ta’ ħelsien mid-dejn għal kundizzjoni ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011
Full & Egal Universal Law Academy