8.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) L vs M
(Kawża C-463/11) (1)
(Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Artikolu 3(4) u (5) - Determinazzjoni tat-tipi ta’ pjanijiet li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent - Pjanijiet “ta’ żvilupp intern” eżentati mill-evalwazzjoni ambjentali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali - Evalwazzjoni żbaljata tal-kundizzjoni kwalitattiva tal-“iżvilupp intern” - Nuqqas ta’ effett fuq il-validità tal-pjan ta’ żvilupp - Ħsara għall-effettività tad-direttiva)
2013/C 164/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: L
Konvenuta: M
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(4) u (5) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157) — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi proċedura aċċellerata li ma tinvolvix evalwazzjoni ambjentali għall-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ żvilupp għal żoni żgħar fil-livell lokali li jissodisfaw ċerti kriterji kwalitattivi u kwantitattivi — Evalwazzjoni żbaljata ta’ kriterji kwalitattivi
Dispożittiv
L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent moqri flimkien mal-Artikolu 3(4) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-ksur ta’ kundizzjoni kwalitattiva, imposta mil-liġi ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva biex teżenta l-adozzjoni ta’ pjan ta’ żvilupp ta’ tip partikolari minn evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva, ma għandu ebda effett fuq il-validità ta’ dan il-pjan.
(1) ĠU C 355, 03.12.2011
Full & Egal Universal Law Academy