9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajowa Izba Odwoławcza — il-Polonja) — Forposta SA, ABC Direct Contact Sp. z o.o. vs Poczta Polska SA
(Kawża C-465/11) (1)
(Direttiva 2004/18/KE - L-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) - Direttiva 2004/17/KE - Artikoli 53(3) u 54(4) - Kuntratti pubbliċi - Settur tas-servizzi postali - Kriterji ta’ esklużjoni mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt - Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità - Protezzjoni tal-interess pubbliku - Żamma ta’ kompetizzjoni leali)
2013/C 38/09
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Krajowa Izba Odwoławcza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Forposta SA, ABC Direct Contact Sp. z o.o.
Konvenuta: Poczta Polska SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Krajowa Izba Odwoławcza — Interpretazzjoni tal-Artikolu 45(2)(d) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), kif ukoll tal-Artikoli 53(3) u 54(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19) — Raġunijiet li jiġġustifikaw l-esklużjoni tal-operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt — Kunċett ta’ “kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità” — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-awtorità kontraenti teskludi offerent li ġie mogħti kuntratt li hija tterminat fit-tliet snin qabel il-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt, minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni li tammonta għal mill-inqas 5 % tal-valur tal-kuntratt
Dispożittiv
(1)
L-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità, li twassal għall-esklużjoni awtomatika tal-operatur ekonomiku minħabba proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku fis-seħħ, tkun seħħet meta, minħabba ċirkustanzi li jistgħu jiġu imputabbli lil dan l-istess operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti ħassret jew irrexxindiet kuntratt pubbliku preċedenti mogħti lill-imsemmi operatur, jew irtirat minnu, jekk dan it-tħassir, rexxissjoni jew irtirar mill-kuntratt seħħ fil-perijodu ta’ tliet snin qabel il-ftuħ tal-proċedura fis-seħħ u li l-ammont tal-parti mill-kuntratt pubbliku li ma ġietx eżegwita jammonta għall-inqas 5 % tal-ammont totali ta’ dan il-kuntratt.
(2)
Il-prinċipji u r-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi ma jiġġustifikawx li, taħt il-protezzjoni tal-interess pubbliku u l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet kontraenti, kif ukoll iż-żamma ta’ kompetizzjoni leali bejn operaturi ekonomiċi, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, timponi fuq l-awtorità kontraenti li teskludi awtomatikament minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku operatur ekonomiku f’ipoteżi bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda preliminari.
(1) ĠU C 13, 14.01.2012
Full & Egal Universal Law Academy