12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-469/11 P) (1)
(Appell - Rikors għad-danni - Ċaħda ta’ offerta magħmula fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Unjoni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza - Applikazzjoni tat-terminu għal raġuni ta’ distanza)
2013/C 9/32
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u M. Wilderspin, aġent)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2011, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-409/09) li jiċħad bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mill-appellanti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula mill-appellanti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti — Termini għall-preżentata ta’ appell — Termini għal raġuni ta’ distanza
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 331, 12.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy