29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — SIA Garkalns vs Rīgas Dome
(Kawża C-470/11) (1)
(Artikolu 49 KE - Restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ trasparenza - Logħob tal-ażżard - Każinos, swali tal-logħob u swali tat-tombla - Obbligu li jinkiseb kunsens preliminari tal-muniċipalità tal-post tal-istabbiliment - Setgħa diskrezzjonali - Ksur sostanzjali tal-interessi tal-Istat u tal-abitanti tat-territorju amministrattiv ikkonċernat - Ġustifikazzjonijiet - Proporzjonalità)
2012/C 295/27
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA Garkalns
Konvenuta: Rīgas Dome
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE (Artikolu 49 KE) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, bl-għan li tillimita l-logħob tal-ażżard, sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ każinos, ta’ swali tal-logħob u ta’ swali tat-tombla — Rifjut li tingħata awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ta’ sala tal-logħob minħabba li l-organizzazzjoni tal-logħob tal-ażżard fil-post propost tipperikola sostanzjalment l-interessi tal-abitanti tal-komunità lokali
Dispożittiv
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonferixxi lill-awtoritajiet nazzjonali setgħa diskrezzjonali wiesgħa billi tagħtihom il-possibbiltà li jirrifjutaw awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta’ każino, ta’ sala tal-logħob jew ta’ sala tat-tombla, abbażi ta’ “ksur sostanzjali għall-interessi tal-Istat u tal-abitanti tat-territorju amministrattiv ikkonċernat” sakemm tali leġiżlazzjoni jkollha ġenwinament l-għan li tnaqqas l-opportunitajiet ta’ logħob u li tillimita l-attivitajiet f’dan il-qasam b’mod koerenti u sistematiku jew li tiżgura l-ordni pubbliku u sakemm is-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet kompetenti hija eżerċitata b’mod trasparenti, li tippermetti kontroll tal-imparzjalità tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, liema kundizzjonijiet għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 331, 12.11.2011
Full & Egal Universal Law Academy