27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) Cido Grupa SIA vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-471/11) (1)
(Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Miżuri tranżitorji - Prodotti agrikoli - Zokkor - Regolament (KE) Nru 60/2004 - Rata u bażi taxxabbli applikabbli għall-ħażniet żejda)
2012/C 331/16
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cido Grupa SIA
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(1) u 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tal-14 ta’ Jannar 2004, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (fl-Unjoni Ewropea) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 125) — Kalkolu tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda ta’ zokkor miżmuma mill-operaturi — Kunċetti ta’ “kwantità in kwistjoni”u ta’ “prodott konċernat” fil-każ tax-xiropp taz-zokkor
Dispożittiv
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tal-14 ta’ Jannar 2004, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1667/2005, tat-13 ta’ Ottubru 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa dovuta fuq ħażna żejda tax-xiropp taz-zokkor (kodiċi NM 2106 90 59) għandha bħala bażi taxxabbli l-kwantità ta’ zokkor abjad (kodiċi NM 1701 99 10) effettivament inkluża f’dan il-prodott u bħala rata dik tat-taxxa fuq l-importazzjoni taz-zokkor abjad, miżjuda b’EUR 1,21/100 kg.
(1) ĠU C 331, 12.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy