23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vestre Landsret — id-Danimarka) — HK Danmark, li qed taġixxi għal Glennie Kristensen vs Experian A/S
(Kawża C-476/11) (1)
(Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq l-età - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 21(1) - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 6(1) u (2) - Skema professjonali ta’ rtirar - Progressività tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet skont l-età)
2013/C 344/18
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HK Danmark, li qed taġixxi għal Glennie Kristensen
Konvenuta: Experian A/S
Fil-preżenza ta’: Beskæftigelsesministeriet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età — Iffissar fir-rigward ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali professjonali, ta’ età għall-parteċipazzjoni jew intitolament għall-benefiċċji tal-irtirar jew tal-invalidità — Eżenzjoni ġenerali tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali professjonali bil-kundizzjoni li jiġu evitati diskriminazzjonijiet ibbażati fuq is-sess jew eżenzjoni bbażata biss fuq l-affiljazzjoni għall-iskemi ta’ sigurtà soċjali — Sistema legali nazzjonali li permezz tagħha persuna li timpjega tista tħallas, bħala parti mir-remunerazzjoni, kontribuzzjonijiet ta’ rtirar progressivi skont l-età tal-impjegat.
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq l-età, stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u kkonkretizzat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, u, b’mod iktar partikolari, l-Artikoli 2 u 6(1) ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu skema professjonali ta’ rtirar li permezz tagħha persuna li timpjega tħallas, bħala parti mir-remunerazzjoni, kontribuzzjonijiet ta’ rtirar progressivi skont l-età, bil-kundizzjoni li d-differenza ta’ trattament ibbażata fuq l-età li tirriżulta, hija xierqa u neċessarja sabiex jinkiseb għan leġittimu, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy