3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-485/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 12 - Taxxi amministrattivi applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet elettroniċi - Obbligu ta’ ħlas ta’ taxxa addizzjonali)
2013/C 225/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u G. Braun, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. — S. Pilczer, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent); L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér, K. Szíjjártó, K. Molnár u A. Szilágyi, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) — Taxxi u tariffi applikabbli għall-impriżi detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali — Kompatibbiltà ta’ liġi nazzjonali li tistabbilixxi taxxa addizzjonali li taffettwa l-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet elettroniċi
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Renju ta’ Spanja u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 355, 3.12.2011
Full & Egal Universal Law Academy