3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di Pace di Mercato San Severino — l-Italja) — Ciro Di Donna vs Società imballaggi metallici Salerno Srl (SIMSA)
(Kawża C-492/11) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Direttiva 2008/52/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal proċedura ta’ medjazzjoni obbligatorja - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 225/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di Pace di Mercato San Severino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ciro Di Donna
Konvenuta: Società imballaggi metallici Salerno Srl (SIMSA)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Mercato San Severino — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(1) u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, p. 3) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi tentattiv ta’ rikonċiljazzjoni qabel il-preżentata ta’ rikors ġudizzjarju li jista’ jaffettwa l-preżentata kif ukoll it-tul u r-riżultat ta’ tali rikors
Dispożittiv
Ma għadx hemm lok li tingħata risposta għad-domandi preliminari magħmula mill-Giudice di pace di Mercato San Severino (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża C-492/11.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy