7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV, Schindler Deutschland Holding GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-501/11 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u tal-manteniment tal-liftijiet u tal-eskalejters - Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ksur tad-dritt tal-akkordji mwettaq mis-sussidjarja tagħha - Kumpannija holding - Programm ta’ konformità fi ħdan l-impriża (“Compliance-Programme”) - Drittijiet fundamentali - Prinċipji tal-Istat ta’ dritt fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-multi imposti - Separazzjoni tal-poteri, prinċipji ta’ legalità, ta’ nuqqas ta’ retroattività, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ responsabbiltà għal aġir illeċitu - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 23(2) - Validità - Legalità tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni tal-1998)
2013/C 260/12
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV, Schindler Deutschland Holding GmbH (rappreżentanti: R. Bechtold u W. Bosch, Rechtsanwälte, J. Schwarze, Prozessbevollmächtigter)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, Rechtsanwalt) (représentants: F. Florindo Gijón u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — Schindler Holding et vs Il Kummissjoni (T-138/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/E 1/38.823 — Liftijiet u Eskalejters), dwar akkordju fis-suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskalejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, li kien ikopri l-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal prezzjiet, l-għoti ta’ proġetti u ta’ kuntratti relatati u l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir rikorrenti
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Schindler Holding Ltd, Schindler Management AG, Schindler SA, Schindler Sàrl, Schindler Liften BV u Schindler Deutschland Holding GmbH huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 347, 26.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy