3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013 — ENI SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-508/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u gomma styrene-butadiene prodotti bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji fuq il-kumpanniji parent tagħhom - Preżunzjoni tal-eżistenza effettiva ta’ influwenza determinanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Gravità tal-ksur - Fattur ta’ multiplikazzjoni bħala effett dissważiv - Impatt konkret fuq is-suq - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidiva)
2013/C 225/17
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: ENI SpA (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u L Malferrari, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tat-13 ta’ Lulju 2011, ENI vs Il-Kummissjoni (T-39/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment it-talba intiża għall-annullament, fir-rigward ta’ Eni SpA, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — Gomma butadiene u gomma styrene butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), jew sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Eni — Prova tal-ksur — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Nuqqas ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
(2)
Eni SpA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell principal.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011
Full & Egal Universal Law Academy