14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-510/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u tal-manteniment tal-liftijiet u tal-eskalejters - Multi - Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ akkordji - Azzjoni ġudizzjarja effettiva)
2013/C 367/03
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV (rappreżentanti: T. Vinje, solicitor kif ukoll D. Paemen, avukat u A. Tomtsis, dikigoros)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011, Kone et vs Il-Kummissjoni (T-151/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-1/38.823 — PO/Liftijiet u eskalejters), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-rigward tal-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti ta’ proġetti u ta’ kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Kone Oyj, Kone GmbH u Kone BV huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 362, 10.12.2011.
Full & Egal Universal Law Academy