3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 — Versalis SpA, li kienet Polimeri Europa SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-511/11 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Iffissar ta’ prezzijiet ta’ mira, qsim tal-klijenti permezz ta’ ftehim ta’ nuqqas ta’ aggressjoni u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali - Prova - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Ammont tal-multa - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanza aggravanti - Reċidiva)
2013/C 225/18
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Versalis SpA, li kienet Polimeri Europa SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, F. Moretti u L. Nascimbene, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L Malferrari u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tat-13 ta’ Lulju 2011, Polimeri Europa vs Il-Kummissjoni (T-59/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 — Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni), jew sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq Polimeri Europa SpA — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Nuqqas ta’ motivazzjoni
Dispożittiv
(1)
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
(2)
Versalis SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 340, 19.11.2011.
Full & Egal Universal Law Academy