7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin — il-Ġermanja) — Deutsche Umwelthilfe vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-515/11) (1)
(Aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali - Direttiva 2003/4/KE - Setgħa għall-Istati Membri li jeskludu mill-kunċett ta’ “awtorità pubblika” previst minn din id-direttiva korpi li jaġixxu f’kapaċità leġiżlattiva - Limiti)
2013/C 260/13
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe eV
Konvenut: Bundesrepublik Deutschland
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Berlin — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375) — Obbligu tal-awtoritajiet pubbliċi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ kull applikant it-tagħrif ambjentali li jkollhom fil-pussess tagħhom — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta mill-obbligu ta’ informazzjoni l-awtoritajiet federali supremi meta jaġixxu fil-kuntest tal-proċess leġiżlattiv — Limiti għas-setgħa tal-Istati Membri li mill-kunċett ta’ “awtorità pubblika” previst fid-Direttiva 2003/4/KE jeskludu l-korpi li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat leġiżlattivi
Dispożittiv
L-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fakultà mogħtija permezz ta’ din id-dispożizzjoni lill-Istati Membri li ma jqisux bħala awtoritajiet pubbliċi l-“korpi jew istituzzjonijiet meta jaġixxu f’kapaċità […] leġislattiva”, li huma obbligati li jawtorizzaw l-aċċess għat-tagħrif ambjentali miżmuma minnhom, ma tistax tikkonċerna lill-ministeri meta huma jfasslu u jadottaw liġijiet li huma ta’ livell inqas minn liġi.
(1) ĠU C 32, 04.02.2012
Full & Egal Universal Law Academy