7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover, Verwaltungsgericht Karlsruhe — il-Ġermanja) — Region Hannover (C-523/11) u Philipp Seeberger vs Studentenwerk Heidelberg (C-585/11)
(Kawżi magħquda C-523/11 u C-585/11) (1)
(Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza - Fondi għall-edukazzjoni jew għal taħriġ mogħtija lil ċittadin ta’ Stat Membru għal studju fi Stat Membru ieħor - Rekwiżit ta’ residenza fl-Istat Membru ta’ oriġini matul, minn tal-inqas, tliet snin qabel il-bidu tal-istudju)
2013/C 260/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Hannover, Verwaltungsgericht Karlsruhe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Laurence Prinz (C-523/11), Philipp Seeberger (C-585/11)
Konvenuti: Region Hannover (C-523/11), Studentenwerk Heidelberg (C-585/11)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Hannover — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 21 TFUE — Benefiċċju ta’ għajnuna għall-edukazzjoni (“Ausbildungsförderung”) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita dan il-benefiċċju għal sena għaċ-ċittadini li jistudjaw f’pajjiż ieħor u li kienu residenti fit-territorju nazzjonali matul perijodu ta’ mhux iktar minn tliet snin meta bdew l-istudji tagħhom
Dispożittiv
L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-għoti, matul perijodu ta’ iktar minn sena, ta’ fondi għall-edukazzjoni jew għal taħriġ fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni unika, bħal dik prevista fl-Artikolu 16(3) tal-Liġi Federali dwar l-assistenza għall-edukazzjoni u għat-taħriġ lill-istudenti [Bundesgesetz über individuelle Förderung der Ausbildung (Bundesausbildungsförderungsgesetz)], kif emendata, fl-1 ta’ Jannar 2008, permezz tat-tnejn u għoxrin liġi li temenda l-Liġi Federali dwar l-assistenza għall-edukazzjoni u għat-taħriġ lill-istudenti, li l-applikant ikun residenti b’mod permanenti fis-sens ta’ din il-liġi, fit-territorju nazzjonali, matul perijodu ta’ minn tal-inqas tliet snin qabel ma jibda tali studji.
(1) ĠU C 13, 14.01.2012.
ĠU C 49, 18.02.2012.
Full & Egal Universal Law Academy